Bowling
Bowling: Nicholas Muscat jirbaħ it-Top 24, il-kompetizzjoni li tiftaħ l-istaġun

Iż-żagħżugħ Nicholas Muscat rebaħ it-Top 24, il-komeptizzjoni li tiftaħ l- staġun. 

Din kienet kompetizzjoni li rat punteġġ għoli ħafna, fejn  Muscat, li għandu 15-il sena, beda b’ logħba baxxa ta’ 157, iżda mbagħad kellu 5 logħbiet b’medja inkredibbli ta’ 238, fosthom logħba kbira ta’ 279, biex spiċċa 40 pin quddiem iċ-champion nazzjonali u sieħbu tat-tim OkMalta.com,  Mauro Anastasi, li spiċċa b’medja ta’ 218 fosthom logħba ta’ 276.

Fit-tielet post spiċċa Matthew Howard, b’medja eċċellenti ta’ 216 pin, tnax-il pin biss wara Anastasi.

Il-president tal-MTBA Paul Baldacchino ippreżenta ċ-ċekk tar-rebbieħ lil Muscat.

Il-weekend li jmiss isiru l-kwalifikazzjonijiet tal-Kampjonat tal-Bowling tal-Mediterran.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Bowling

Kayden Lagana’ ta’ 12-il sena spiċċa t-tielet fil-kategorija tiegħu fil-ħames waqfa tal-YET ta dan l-istagun. Lagana telgħa fil-quċċata tal-grupp tiegħu magħmul minn 25 plejer fil-kwalifiki b’serje ta’ 1274. Lagana lagħab…

Bowling

Erba’ ġimgħat mil-bidu tal-istaġun tax-xitwa, OkMalta.com, mertu wkoll tal-plejer ġdid ta ’15-il sena Nicholas Muscat li ngħaqad magħhom , għelbu lil Strike Me Jabaal 8-0 biex iżommu l-punti massimi. Huma…

Bowling

Tenpin Bowling: Suċċess ieħor għal Malta f’dan l-isport hekk kif Mark Spiteri rebaħ il-midalja tad-deheb fil-Masters talEuropean Seniors Cup li sar fi Vienna. Spiteri kien kiseb il-midalja tal-bronż fl-istess kompetizzjoni…

Bowling

Iċ-Champion Nazzjonali Sue Abela rebħet id-deheb fl-All Events  fil-kampjonati tas-Seniors fi Vjenna b’wirjiet qawwija speċjalment fis-singles fejn spiċċat fl-ewwel post b’medja ta’ 207 fuq 18-il logħba, 57 pin fuq Elga…

Aktar