Bowling
Bowling: OkMalta.com iżommu bidu perfett wara erba’ ġimgħat fl-Ewwel Diviżjoni tal-Mapfre MSV Life

Erba’ ġimgħat mil-bidu tal-istaġun tax-xitwa, OkMalta.com, mertu wkoll tal-plejer ġdid ta ’15-il sena Nicholas Muscat li ngħaqad magħhom , għelbu lil Strike Me Jabaal 8-0 biex iżommu l-punti massimi.

Huma jinsabu segwiti mill-FINA li għelbu l- XS Park Towers 6-2 fl-logħba  eċċitanti, u fit-tielet post insibu lil-Turu’s Knights  li għelbu lil Blitzkrieg.

It-tim ġdid ta ‘ SwissLion kellu jkun kuntent bi draw kontra Supersonic, minkejja li kellu lil Neil Sullivan (serje ta’ 697) u Cynthia Frendo Duca (serje ta’ 637) bħala l-aqwa bowlers tal-ġimgħa.

Wara li tilfu l-ewwel 2 logħbiet, Supersonic sempliċement splodew fl-aħħar logħba fejn laghbu loghba kbira ta’ 924  biex sfurzaw draw. Royal Shock ma kellhomx diffikulta biex jgħellbu lill- Bank of Valletta, b’Joe Cassar jitfa logħba perfetta ta 300, it-tieni wahda tiegħu fil-karriera, biex jiżguraw li jibqgħu 4 punti biss bogħod mit-3 post

Fit-tieni Diviżjoni , Brutal Legendz jinsab fl-ewwel post segwit mit-tim tal-MIA zewg punti wara, hekk kif  MIA Team  tilfu l-ewwel zewg punti tal-istaġun hekk kif għelbu lil Bonnici Group 6-2.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Bowling

Tenpin Bowling: Suċċess ieħor għal Malta f’dan l-isport hekk kif Mark Spiteri rebaħ il-midalja tad-deheb fil-Masters talEuropean Seniors Cup li sar fi Vienna. Spiteri kien kiseb il-midalja tal-bronż fl-istess kompetizzjoni…

Bowling

Iċ-Champion Nazzjonali Sue Abela rebħet id-deheb fl-All Events  fil-kampjonati tas-Seniors fi Vjenna b’wirjiet qawwija speċjalment fis-singles fejn spiċċat fl-ewwel post b’medja ta’ 207 fuq 18-il logħba, 57 pin fuq Elga…

Bowling

Team Malta se jkun irrappreżentat fil-MBC f’Pariġi f’April minn Abela u Caruana Scicluna, flimkien ma’ Mauro Anastasi u Sara Xuereb, li t-tnejn spiċċaw it-tieni fil-kwalifiki rispettivi tal-irgiel u tan-nisa. Il-kompetizzjoni…

Bowling

Iż-żagħżugħ Nicholas Muscat rebaħ it-Top 24, il-komeptizzjoni li tiftaħ l- staġun.  Din kienet kompetizzjoni li rat punteġġ għoli ħafna, fejn  Muscat, li għandu 15-il sena, beda b’ logħba baxxa ta’…

Aktar