Bowling
Bowling – Ruslana Grima u Nicolai Mallia jirbħu l-Gold Cup Tournament

Iż-żgħażagħ Maltin Ruslana Grima u Nicolai Mallia rebħu l-kategoriji tagħhom fil-Gold Cup Tournament li sar fl-Eden Super Bowl fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Ruslana Grima li għandha 16-il sena rnexxielha tirbaħ il-kategorija tagħha wara li għaddiet mir-rawnd preliminari li kien jikkonsisti minn 12-il logħba. Fil-ġurnata tal-finali hija rebħet ħames logħbiet u ġiet draw f’waħda fis-seba’ logħbiet li kellha tilgħab. Ruslana Grima hija membru tat-tim Malti taż-żgħażagħ li ser jieħdu sehem barra minn xtutna f’Settembru li ġej. Grima rnexxielha tagħmel medja ta’ 189. Marthese Cossai temmet fit-tieni post filwaqt li Amanda Cini spiċċat it-tielet.

Fil-kategorija tal-irġiel kien hemm taqtiegħa ħarxa bejn Chris Fenech, Nicolai Mallia u Clifton Micallef. Filwaqt li l-ewwel ġurnata kienet mirbuħa minn Chris Fenech, li għandu 14-il sena, fit-tieni ġurnata Clifton Micallef kien aħjar u ħareġ rebbieħ hu. Sat-tieni ġurnata Nicolai Mallia kien fit-tielet post, imma fil-ġurnata finali Mallia rnexxielu jkun l-aħjar fost il-kompetituri biex ħareġ rebbieħ. Fit-tieni post temm Chris Fenech filwaqt li Clifton Micallef spiċċa t-tielet.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA