Bowling
Bowling: Sue Abela tirbaħ Midalja tad-Deheb u oħra tal-Fidda fil-Kampjonat Ewropew ‘over 50’

Iċ-Champion Nazzjonali Sue Abela rebħet id-deheb fl-All Events  fil-kampjonati tas-Seniors fi Vjenna b’wirjiet qawwija speċjalment fis-singles fejn spiċċat fl-ewwel post b’medja ta’ 207 fuq 18-il logħba, 57 pin fuq Elga di Benedetto mill-Italja li kisbet it-tieni post, fost 66 plejer mill-Ewropa.

Fis-semi finali tas-singles, hija l-ewwel għelbet lil Fely Wisienski minn Franza 234 -173, biex imbagħad iffaċċjat lil di Benedetto li kienet għelbet lill-Ingliza Kim Oakley fis-semifinali l-oħra.

Il-finali bejn Abela u Di Benedetto kienet logħba missielta sal-aħħar , b’Di Benedetto spiċċat rebħet fl-aħħar bi score ta’ 203-188, biex b’hekk Abela żiedet il-fidda fis-singles mal-Midalja tad-Deheb tagħha fl-All Events.

Abela issa se tilgħab fil-fażi finali tal-Masters li se ssir nhar is-Sibt, bi Mark Spiteri jieħu sehem ukoll fil-Masters Maskili wara li temm fit-13-il post  minn 96 plejer.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Bowling

Wara l-waqfa twila sfurzata minħabba COVID 19, l- staġun lokali kompetittiv tat-ten-pin bowling kellu bidu kbir, bic-Cisk Lager Doubles League organizzat mill-Eden Super Bowl, b’xi punteġġi għoljin ħafna li juru…

Bowling

Kayden Lagana’ ta’ 12-il sena spiċċa t-tielet fil-kategorija tiegħu fil-ħames waqfa tal-YET ta dan l-istagun. Lagana telgħa fil-quċċata tal-grupp tiegħu magħmul minn 25 plejer fil-kwalifiki b’serje ta’ 1274. Lagana lagħab…

Bowling

Erba’ ġimgħat mil-bidu tal-istaġun tax-xitwa, OkMalta.com, mertu wkoll tal-plejer ġdid ta ’15-il sena Nicholas Muscat li ngħaqad magħhom , għelbu lil Strike Me Jabaal 8-0 biex iżommu l-punti massimi. Huma…

Bowling

Tenpin Bowling: Suċċess ieħor għal Malta f’dan l-isport hekk kif Mark Spiteri rebaħ il-midalja tad-deheb fil-Masters talEuropean Seniors Cup li sar fi Vienna. Spiteri kien kiseb il-midalja tal-bronż fl-istess kompetizzjoni…

Aktar