Bowling
Bowling: Tlieta konsekuttivi għal Mauro Anastasi u Sue Abela terġa’ tirbaħ it-titlu tan-nisa

Mauro Anastasi u Sue Abela huma r-rebbieħa tal-BOV Kampjonat Nazzjonali tal-Bowling.

Mauro Anastasi sar l-ewwel bowler Malti li qatt rebaħ 5 kampjonati nazzjonali. Huwa beda t-tielet u l-aħħar jum tal-kompetizzjoni fit-tielet post, wara Miguel Xuereb u Mark Spiteri, imma b’determinazzjoni kbira tella’ skor ta’ 234, 257 u 227 biex tela’ fl-ewwel post, bi Spiteri jibqa’ jiġġieled għat-titlu hekk kif Xuereb waqa’ aktar lura.

Minn hemm ’il quddiem, Anastasi għamel ċert li jżomm lil Spiteri warajh u wara li fil-logħba ta’ qabel tal-aħħar Anastasi kellu skor ta’ 243, Spiteri ħass li ma kellux ċans u kellu jikkuntenta bit-tieni post li kien tiegħu fil-wisa’. It-3 post kien battalja miġġielda bil-kbir bejn Dennis Mercieca u l-plejer b’talent kbir ta’ 17-il sena Matthew Magro, b’Mercieca jakkwista t-tielet post b’biss 6 pins grazzi għad-double strike proprju fl-aħħar frejm tal-aħħar logħba.

Abela għamlet l-intenzjonijiet tagħha ċari ħafna fl-aħħar jum hekk kif fl-ewwel logħba kellha skor b’saħħtu ta’ 246 kontra Cynthia Frendo Duca bl-iskor ta’ 184, u minn hemm ’il quddiem kien ċar li l-kampjonat kien sejjer għand Abela hekk kif kellha medja ta’ 216 f’dan l-aħħar jum biex rebħet b’aktar minn 200 pinn. It-2 post mar għand Frendo Duca li rebħet l-isfida kontra l-isforz qawwi ta’ Tiziana Carannante. Abela għalhekk reġgħet rebħet il-kampjonat li ma kienx irnexxielha tirbaħ is-sena li għaddiet, b’dan ikun it-23 Kampjonat Nazzjonali li rebħet, rekord eċċezzjonali li x’aktarx qatt ma huwa se jingħeleb.

Stefan Abela, Community Officer fil-Bank of Valletta ppreżenta t-trofej tal-BOV Kampjonat Nazzjonali tal-Bowling lil Mauro Anastasi u lil Sue Abela. Il-Bank of Valletta huwa sostenitur ewlieni tal-inizjattivi sportivi f’Malta u ilu għal snin twal jappoġġja lill-Malta Tenpin Bowling Association.

Abela u Anastasi issa se jirrappreżentaw lil Malta fil-European Champions Cup fit-Turkija fl-aħħar ta’ Ottubru.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Bowling

Kayden Lagana’ ta’ 12-il sena spiċċa t-tielet fil-kategorija tiegħu fil-ħames waqfa tal-YET ta dan l-istagun. Lagana telgħa fil-quċċata tal-grupp tiegħu magħmul minn 25 plejer fil-kwalifiki b’serje ta’ 1274. Lagana lagħab…

Bowling

Erba’ ġimgħat mil-bidu tal-istaġun tax-xitwa, OkMalta.com, mertu wkoll tal-plejer ġdid ta ’15-il sena Nicholas Muscat li ngħaqad magħhom , għelbu lil Strike Me Jabaal 8-0 biex iżommu l-punti massimi. Huma…

Bowling

Tenpin Bowling: Suċċess ieħor għal Malta f’dan l-isport hekk kif Mark Spiteri rebaħ il-midalja tad-deheb fil-Masters talEuropean Seniors Cup li sar fi Vienna. Spiteri kien kiseb il-midalja tal-bronż fl-istess kompetizzjoni…

Bowling

Iċ-Champion Nazzjonali Sue Abela rebħet id-deheb fl-All Events  fil-kampjonati tas-Seniors fi Vjenna b’wirjiet qawwija speċjalment fis-singles fejn spiċċat fl-ewwel post b’medja ta’ 207 fuq 18-il logħba, 57 pin fuq Elga…

Aktar