Boxing
Boxing: 15 -il ġlieda f’Punishment’ organizzata minn Prize Boxing Promotions

Boxing: Hekk kif għada s-Sibt issir l-attivita’ Punishment illum sar il-Weighing In tal-boxers kollha li se jiġġieldu għada fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin. L-attiita’ organizzata minn Prize Boxing Promotions se tikkonsisti f’xejn anqas minn 15 -il ġlieda imħallta bejn Amateur, Elite, Novice Pro u Professional.

Fost il-ġliediet mistennija fil-fight card ta’ għada hemm Theon Camilleri kontra Simone Curcuruto, Kerstin Brown kontra Juan Thomas Santos, Haitem Laamouz kontra Mark Szaros, u Christian Schembri kontra Pal Olah. Fis-serata ta’ għada hemm żewġ boxers barranin li ilhom residenti Malta għal diversi snin li se jiġġieldu wkoll dawn huma Niclas Elfstedt u Stephen Cooke.

Is-serata se tara wkoll ir-ritorn tal-Boxer popolari fil-kategorija Heavyweight Michael Carter li se jiġġieled fi ġlieda Novice Pro kontra Yann Reckinger.

Prize Boxing promotions hija mmexxija minn Demis u Daulton Tonna bl-attivita’ Punishment tkun sanzjonata mill-Malta Boxing Association.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Boxing

Ir-relazzjoni bejn boxer u l-persuna li jkun hemm fil-kantuniera tassistih hija kruċjali. Imma x’jiġri meta l-boxer ikollu lil martu stess fil-kantuniera? Din hija r-realtà li qiegħed jgħix il-boxer u suldat…

Boxing

L-eks ċampjin Olandiż Rudi Lubbers irid jerġa’ jqum fuq saqajh wara xahrejn jgħix f’faqar estrem fil-Bulgarija. Rudi Lubers, li 45 sena ilu kien iġġieled ma’ Muhammad Ali u tilef biss…

Aktar