X

Boxing: Anthony Joshua jirbaħ il-ġlieda mistennija kontra l-Messikan Andy Ruiz sabiex issa jinsabu f’parita !

Story Published

Boxing: Fi New York kien Anthony Joshua li rebaħ il-ġlieda mistennija kontra l-Messikan Andy Ruiz sabiex Joshua reġa’ kiseb lura it-titli IBF, WBA u WBO li kienu ntrebħu sitt xhur ilu minn Ruiz

Il-ġlieda saret quddiiem 15,000 spettatur fl-Arabja Sawdija u miljuni li rawha permezz tat-televiżjoni.

Joshua ingħata rebħa b’deċiżjoni unanima wara li ntemm it-12 -il round finali. Fil-kummenti ta’ wara l-ġlieda, Joshua kellu kliem ta’ tifħir lejn l-avversarju tiegħu Ruiz li min naħa tiegħu ta x’wieħed jista’ jifhem li ma kienx kuntent b’xejn b’din it-telfa u qal li jrid it-tielet ġlieda fil-futur qarib.