Boxing
Boxing: Anthony Joshua lest jaċċetta li jiġġieled kontra Tyson Fury jekk Deontay Wilder joħroġ mix-xena

Anthony Joshua ikun interessat ħafna li jiġġieled lil Tyson Fury jekk isir ftehim li tiġi posposta l-ġlieda li għandu kontra Deontay Wilder.

Dan qalu l-promoter tal-boxing Eddie Hearn.

Joshua għandu skedata ġlieda għat-titlu dinji kontra Kubrat Puled fl-20 ta’ Ġunju iżda wisq probabbli li din tiġi posposta minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Filwaqt li Wilder għandu pjanat it-tielet ġlieda kontra Fury, skedata għal data f’Ottubru li ġej, Joshua qal li jkun lest jisfida lil Fury jekk jipposponi din il-ġlieda.

Il-kumpanija Matchroom Boxing qalet li l-inċertezza li teżisti fil-preżent fid-dinja tal-isport tista’ twassal biex ma ssirx il-ġlieda bejn Fury u Wilder tiġi posposta biex jekk is-sitwazzjoni titranġa il-ġlieda li ilha tant mistennija bejn iż-żewġ boxers Ingliżi Anthony Joshua u Tyson Fury.

Miktub minn...
TVM Sport