Sport Lokali
Boxing – avveniment mistenni s-Sibt f’Kordin – Judgement Day – Best of the Best

Boxing

Għada s-Sibt stennija għall-avveniment ieħor mistenni tal-Boxing bl-isem ta’ Judgement Day – Best of the Best fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin.

Kollox jibda għall-habta tas-sebgħa ta’ filgħaxija bil-bibien jinfetħu minn siegħa qabel.

Avveniment li qed jittella minn Prize Boxing Promotions bil-parteċipazzjoni ta’ uħud minn fost l-aqwa boxers lokali fosthom Christian Schembri, Brandon Borg u Richard Vella.

Se jkun hemm ukoll madwar tnax-il bout oħra għal boxers amateurs.

Il-ġimgħa wara nofsinhar l-organizattur Demis Tonna ta l-aħħar dettalji waqt li kien hemm ukoll il-weighing in tal-boxers li se jkunu qed jieħdu sehem f’dan l-avveniment ta’ għada.

Miktub minn...
Rodney Vassallo