Boxing
Boxing: Boxer Awstraljan imut wara sessjoni ta’ taħriġ ma’ Michael Zerafa

Il-komunità tal-Boxing fl-Awstralja tinsab taħt xokk qawwi wara li tħabbret mewt ta’ boxer ieħor. Dan hu Dwight Ritchie li kellu 27 sena.

Dettalji tal-mewt tiegħu għadhom ħierġa iżda kollox qed jindika li ma ħassux tajjeb wara li kien qed jittrenja f’Melborne mal-Malti Awstraljan Michael Zerafa li hu boxer professjonali wkoll, iben raġel ta’ nisel Malti. Il-mewt ta’ Ritchie magħruf bħala ‘the Fighting Cowboy’ kienet konfermata mill-promoter Awstraljan Jake Ellis. L-awtopsja għandha tikkonferma r-raġuni tal-mewt.

Ritchie kellu rekord ta’ 21 ġlieda professjonali u fl-aħħar ġlieda uffiċjali kien tilef kontra Tim Tszyu meta ġġieldu għat-titlu tal-IBF Australian super-welterweight title f’Awwissu li għadda.

Din it-traġedja tasal erbat ijiem wara li tħabbret il-mewt tal-boxer Amerikan Patrick Day wara li sofra brain injury fil-ġlieda kontra Charles Conwell.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Boxing

Boxing lokali illum saret weigh in ta’ boxers li se jkunu qed jiġġieldu għada fl-avveniment The Trilogy III organizzata minn Prize Boxing Promotions. Fost il-ġliediet mistennija għal għada hemm dik…

Boxing

L-ex boxer Champion tad-Dinja Roberto Duran ittestja pożittiv għall-coronavirus u ttieħed fl-isptar għal aktar osservazzjoni. L-aħbar għamilha uffiċjali ibnu stess. Duran beda jħoss sintomi ta’ riħ qawwi matul il-ġurnata tal-bieraħ….

Boxing

Fl-Istati Uniti hemm stennija kbira għall-film li se jibda jinħadem dwar il-ħajja tal-boxer Mike Tyson. ‘Finding Mike’ se jkun film u biografija dwar wieħed mill-aqwa boxers li qatt kien hawn…

Boxing

Fis-sigħat li għaddew, l-awtopsja fuq il-kadavru ta’ Josie Harris, ikkonkludiet li l-mara kienet mietet minħabba overdose. F’Marzu li għadda, Harris kienet instabet mejta fil-karozza tagħha f’Valencia, f’Kalifornja. Hi kellha 40…

Aktar