Boxing
Boxing: Boxer Ingliż imut wara li jirbaħ ġlieda

Mix-xena tal-Boxing: Aħbar li ħasdet il-kommunita’ ta’ dan l-Isport hekk kif il-boxer Brittaniku Scott Westgarth tilef ħajtu wara ġlieda li kien involut fiha s-Sibt li għadda. Il-boxer li kellu 31 sena miet fir-Royal Hallamshire Hospital fejn kien rikoverat wara li ma kienx qed iħossu tajjeb wara l-ġlieda li hu kien rebaħ bil-punti kontra Dec Spelman fil-kategorija tal-light-heavyweight. Il-ġlieda saret f’Doncaster. Waqt l-intervistà mal-media ingliża ta’ wara l-ġlieda Westgarth kien diġa’ jidher f’ kundizzjoni mhux daqstant tajba u l-kundizzjoni tiegħu marret għall-agħar meta daħal lura fid-dressing room. Hu ttieħed l-isptar mill-ewwel iżda sfortunatameent miet ftit wara. L-aħbar tal- mewt tal-boxer, ġiet konfermata aktar kmieni illum fuq il-mezzi soċjali mill-promotur tal-istess Westgarth.

Miktub minn...
TVM Sport
.