Boxing
Boxing: Corito jirbaħ bil-punti

ll-Kumpless Aria, f’San Gwan, il-ġimgħa li għaddiet ospitat il-ġlieda mill-ġdid bejn iċ-ċampjin Heavyweight Malti Billy Corito u l-isfidant mir-Renju Unit Jody Meikle li s-sena l-oħra f’laqgħa oħra bejn iż-żewġ boxers mar lura l-Ingilterra biċ-ċinturin li Billy kien rebaħlu f’bout preċedenti.

Kienet tassew ġlieda iebsa li rat il-boxers għaddejjin 10 rawnds ta’ 3 minuti kull wieħed bil-punti mogħtija lil min jagħmel l-aktar daqqiet preċiżi fejn Billy rebħu kull rawnd.

Il-ġlieda, sanzjonata mill-Malta Boxing Association, kienet organizzata minn Chavez Boxing Promotions taħt il-gwida tal-promotur Charles Muscat bl-appoġġ ta’ Lianne Corito. John Cauchi mill-Awstralja kien ir-referee inkarigat milll-ġlieda.

AXL Affiliates kienu l-isponsors ewlenin ta’ din is-serata ta’ boxing li inkluda wkoll numru ta’ ġliediet oħra minuri eċċitanti.

Miktub minn...
TVM Sport