
Boxing
Boxing: Deontay Wilder u Luis Ortiz f’konferenza qabel il-ġlieda tas-Sibt li ġej
Iċ-champion tad-WBC heavyweight Deontay Wilder u Luis Ortiz, kellhom l-aħħar konferenza tal-aħbarijiet qabel il-ġlieda tas-Sibt li ġej li se tkun rematch bejniethom.
Wilder se jkun qed jiddefendi t-titlu WBC wara l-ewwel ġlieda ta’ Marzu 2018 li rat lil Ortiz jaqa’ b’knockout fl-10 rawnd u b’Wilder li baqa’ mhux megħlub.
Qed jingħad ukoll li WIlder se jkun qed jorganizza ġlieda oħra kontra l-Ingliż Tyson Fury fi Frar li ġej, jekk dejjem jirbaħ lil Ortiz fi tmiem il-ġimgħa f’Las Vegas.