Boxing
Boxing: Diane Schembri Xerri se tieħu sehem fl-avveniment ‘Clash on the First’

Wara sena mimlija daqs bajda, tidher li ser tkun sena impenjattiva oħra għall-atleta prominenti Diane Schembri Xerri. Wara li kkompetiet fil-K1 ġewwa Rosolini f’Diċembru li għadda, Diane kompliet b’taħriġ intensiv sabiex nhar is-Sibt 25 ta’ Jannar terġa’ tirrappreżenta lil pajjiżna din id-darba ġewwa l-Latvja.

Schembri Xerri ser tkun qed tħabbatha ma’ Jekaterina Marcenko mill-Latvja stess f’taqbida professjonali boxing waqt l-avveniment ‘Clash on the First’. Dawn l-atleti mistennija jiġġieldu fil-kategorija tas-57 kilogramm taħt il-kappa tas-‘Super Featherweight’ f’bout ta’ erba’ rawnds ta’ żewġ minuti kull wieħed.

Diane Schembri Xerri li titħarreġ ma’ Ying Yang Team Noel Kickboxing Club ser tkun assistita mill-kowċ tagħha Noel Mercieca. Nawgurawlhom kull suċċess f’isem pajjiżna.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Boxing

Il-boxer mondjali Floyd Mayweather qal li kien qed jofri biex iħallas l-ispejjeż kollha tal-funeral ta’ George Floyd, l-Amerikan-Afrikan li nqatel mill-Pulizija ta’ Minneapolis fil-ħin li kien fil-kustodja tagħhom, fil-jiem li…

Boxing

L-ex champion tal-heavyweight Evander Holyfield tefa’ video tiegħu waqt it-taħriġ fuq Twitter. Il-video kompla jitfa’ l-ħatab fuq in-nar bl-ispekulazzjoni dejjem tikber li Holyfield u Tyson ser jirritornaw kontra xulxin fuq…

Boxing

Il-Malta Boxing Association għandha President ġdid dan hu Marc James li ħa post Michael Bonello b’dan tal-aħħar kien wera’ x-xewqa li ma jkompliex fil-kariga. F’Kumment lil TVM Sport Marc James…

Boxing

Evander Holyfield sfida lil Mike Tyson biex jerġgħu jirritornaw fir-ring u jiġġieldu għall-karità. Tyson, ta’ 53 sena, tefa’ filmat ta’ ftit sekondi fuq il-media soċjali fejn qal li kien qed…

Aktar