Boxing
Boxing: Draw bejn Tyson u Jones Jr

Mike Tyson iddomina l-ġlieda ta’ esebizzjoni li saret tard fil-lejl li għadda kontra Roy Jones Jr iżda r-riżultat finali bejn iż-żewġ boxers kien dak ta’ draw.

Il-ġlieda saret f’Los Angeles.

Il-ġlieda ma kellhix judges imdawra mar-ring biex ikunu jistgħu jagħtu l-iskor finali tat-tmien rawnds.

Iż-żewġ boxers kienu meqjusa fost l-aqwa fid-dinja fi żmienhom u llum it-tnejn li huma għandhom fuq 50 sena.

Tyson ħareġ l-aħjar fuq ir-ring iżda mal-ħin, Jones Jr deher li beda jirkupra.

Din kienet l-ewwel ġlieda ta’ Mike Tyson wara l-aħħar ġlieda professjonali li kien iġġieled 15-il sena ilu u kien tilef kontra l-Irlandiż Kevin McBride.

Miktub minn...
TVM Sport