Boxing
Boxing: ‘Finding Mike’, film dwar il-ħajja ta’ Mike Tyson; l-attur se jkun Jamie Foxx

Fl-Istati Uniti hemm stennija kbira għall-film li se jibda jinħadem dwar il-ħajja tal-boxer Mike Tyson.

‘Finding Mike’ se jkun film u biografija dwar wieħed mill-aqwa boxers li qatt kien hawn fid-dinja.

L-attur tal-film se jkun Jamie Foxx, rebbieħ ta’ premju oscar fl-2005.

Foxx qal li għalih din se tkun ħolma li saret realtà u li kien ilu għal diversi xhur jaħdem fuq il-parti fiżika ta’ ġismu biex jiġi kemm jista’ jkun jixbaħ lil dak ta’ Iron Mike.

‘Finding Mike’ mistenni jitlesta u joħroġ fiċ-ċinemas lejn l-aħħar tas-sena d-dieħla.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Boxing

L-ex boxer Champion tad-Dinja Roberto Duran ittestja pożittiv għall-coronavirus u ttieħed fl-isptar għal aktar osservazzjoni. L-aħbar għamilha uffiċjali ibnu stess. Duran beda jħoss sintomi ta’ riħ qawwi matul il-ġurnata tal-bieraħ….

Boxing

Fis-sigħat li għaddew, l-awtopsja fuq il-kadavru ta’ Josie Harris, ikkonkludiet li l-mara kienet mietet minħabba overdose. F’Marzu li għadda, Harris kienet instabet mejta fil-karozza tagħha f’Valencia, f’Kalifornja. Hi kellha 40…

Boxing

Il-Boxer Brittaniku Anthony Joshua, Champion ta’ diversi titli fil-Boxing fil-kategorija Heavyweight fosthom tal-IBF, WBA u WBO ingħaqad fost l-eluf li nġabru f’marċ ta’ protesta l-bieraħ f’Watford fl-Ingilterra biex iwassal messaġġ…

Boxing

Il-boxer mondjali Floyd Mayweather qal li kien qed jofri biex iħallas l-ispejjeż kollha tal-funeral ta’ George Floyd, l-Amerikan-Afrikan li nqatel mill-Pulizija ta’ Minneapolis fil-ħin li kien fil-kustodja tagħhom, fil-jiem li…

Aktar