International Sports
Boxing: Fury u Wilder se jerġgħu jiġġieldu f’Las Vegas

Il-Brittaniku Tyson Fury irrepeta d-determinazzjoni tiegħu li jinnokkja lil Deontay Wilder fil-ġlieda għat-titlu WBC li se ssir f’Las Vegas. Din se tkun it-tielet ġlieda bejn dawn iż-żewġ boxers.
Fl-ewwel ġlieda ta’ bejniethom kien hemm verdett ta’ dro, iżda Fury kien għeleb lil Wilder 20 xahar ilu fit-tieni ġlieda biex ħa t-titlu mingħand l-Amerikan. Fury għadu mhux megħlub s’issa fil-karriera professjonali tiegħu bi 30 rebħa, filwaqt li Wilder għandu total ta’ 42 rebħa, u t-telfa u dro propju kontra Fury.
Waqt il-weigh in kien konfermat li t-tnejn żiedu sew fil-piż tagħhom għal din il-ġlieda, fejn b’Tyson Fury jiżen 125 kg punt 6, filwaqt li Wilder jiżen 107 kg punt 9

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkummenta l-logħob tal-Kampjonat Premier. Jippreżenta l-programm 'Wara d-90Minuta' fuq Radju Malta 2'