Boxing
Boxing: ‘The Govna’, 11-il ġlieda, fuq TVM2, il-Ħamis fid-9.00pm

L-attività tal-boxing ‘The Govna’, li saret fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin, f’Raħal Ġdid, fl-10 ta’ Diċembru li għadda, se tixxandar fuq TVM2, il-Ħamis 27 ta’ April, fid-9.00pm.

Fis-serata, li damet ftit aktar minn siegħa u nofs, kien hemm 11-il ġlieda interessanti, waħda isbaħ minn oħra li t-telespettaturi se jkunu jistgħu jsegwu b’kummentarju ta’ Sandro Micallef.

Il-promoturi ta’ dan it-tournament kienu Demis u Doulton Tonna, f’isem Prize Boxing Promotions.

 

Miktub minn...
TVM Sport