Boxing
Boxing – Heavyweight: Il-ġlieda bejn Wilder u Breazeale għal Mejju li ġej

Iċ-champion tal-Heavyweight, Deontay Wilder, qal li qiegħed iħossu lest u demmu jbaqbaq għall-ġlieda li għandu kontra Dominic Breazeale f’Mejju li ġej. Iż-żewġ ġellieda ltaqgħu waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn fiha tħabbru d-dettalji tal-ġlieda li ser issir f’Barclays Center fi Brooklyn, l-Istati Uniti.

Deontay Wilder s’issa għadu ma tilifx ġlieda waħda fil-karriera tiegħu, u wara 40 rebħa, huwa kellu ġlieda kontra Tyson Fury is-sena li għaddiet, imma li minnha ħadd ma ħareġ rebbieħ jew tellief. Il-ġlieda li jmissu kontra Breazeale hija mandatorja jekk irid iżomm it-titlu tal-Heavyweight. Jidher li l-Amerikan Breazeale diġa’ qiegħed ilesti għat-telfa għax qal li għalkemm hu għandu ċans iwettaq sorpriża, id-differenza li hemm bejniethom fl-esperjenza ta’ ġlied simili hija waħda kbira. Biss, min-naħa l-oħra, Breazeale saħaq li għall-ewwel darba, Wilder għandu quddiemu boxer li huma tqil aktar minnu, atletiku aktar minnu u kif ukoll rebbieħ tal-midalja tad-deheb f’Olimpjadi. Wilder kien rebaħ id-deheb fl-Olimpjadi tal-2008 filwaqt li Breazeale ħareġ rebbieħ fl-edizzjoni tal-2012.

Fil-karriera tiegħu Dominic Breazeale rebaħ 20 ġlieda u tilef waħda biss lura għall-2016 meta dakinhar tilef kontra l-Brittaniku Anthony Joshua.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Boxing

Il-boxer Irlandiż tal-mixed martial arts Conor McGregor ħabbar li rtira mill-isport. Dan il-boxer ħabbar dan permezz ta’ tweet fuq Twitter u ħasad lil kulħadd għaliex l-aħbar ma kenitx mistennija. Għalkemm…

Boxing

Il-boxer Bulgaru Kubrat Pulev spiċċa jbus ġurnalista Amerikana li kienet qiegħda tintervistah wara l-ġlieda li kellu kontra Bogdan Dinu tar-Rumanija. Il-ġlieda saret f’Kalifornja u l-Bulgaru ta’ 37 sena kien qiegħed…

Boxing

Boxing: Aħbar negattiva għall-Boxer Malti Steve Martin li ttestja pożittiv għas-sustanzi li huma pprojbiti fiċ-Charter internazzjonali ta’ kontra d-Doping. Steve Martin sarlu test wara ġlieda li saret f’Palermo fit-3 ta’…

Aktar