Boxing
Boxing: Il-ġlieda bejn Fury u Wilder mhux se ssir mingħajr pubbliku

M’hemm l-ebda ċans li l-ġlieda bejn iċ-Champion tad-Dinja tal-heavyweight Tyson Fury u l-Amerikan Deontay Wilder issir mingħajr pubbliku.

Dan qalu Frank Warren, il-promotur tal-ġlieda.

Fury kien għeleb lil Wilder f’Las Vegas fi Frar li għadda fis-seba’ rawnd.

Qabel din il-ġlieda, kienu ltaqgħu f’Diċembru 2018 u spiċċaw fi draw.

Il-ġlieda li jmiss bejn it-tnejn kellha ssir f’Lulju li ġej iżda ġiet posposta minħabba l-COVID-19.

Il-ġlieda ġiet skedata għal bejn Novembru u Diċembru iżda Warren għamilha ċara li l-pubbliku jrid ikun preżenti.

Jekk le terġa’ tiġi posposta għas-sena d-dieħla.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Boxing

Boxing lokali illum saret weigh in ta’ boxers li se jkunu qed jiġġieldu għada fl-avveniment The Trilogy III organizzata minn Prize Boxing Promotions. Fost il-ġliediet mistennija għal għada hemm dik…

Boxing

L-ex boxer Champion tad-Dinja Roberto Duran ittestja pożittiv għall-coronavirus u ttieħed fl-isptar għal aktar osservazzjoni. L-aħbar għamilha uffiċjali ibnu stess. Duran beda jħoss sintomi ta’ riħ qawwi matul il-ġurnata tal-bieraħ….

Boxing

Fl-Istati Uniti hemm stennija kbira għall-film li se jibda jinħadem dwar il-ħajja tal-boxer Mike Tyson. ‘Finding Mike’ se jkun film u biografija dwar wieħed mill-aqwa boxers li qatt kien hawn…

Boxing

Fis-sigħat li għaddew, l-awtopsja fuq il-kadavru ta’ Josie Harris, ikkonkludiet li l-mara kienet mietet minħabba overdose. F’Marzu li għadda, Harris kienet instabet mejta fil-karozza tagħha f’Valencia, f’Kalifornja. Hi kellha 40…

Aktar