Boxing
Boxing: Imut l-Amerikan Patrick Day wara l-ġlieda ma’ Charles Cornwell

Il-boxer Amerikan Patrick Day tilef ħajtu matul il-ġurnata tal-Erbgħa wara li sofra daqqiet f’rasu li ħallew f’qagħda kritika u swewh ħajtu. Il-ġlieda tal-USBA Super-Welterweight bejn Patrick Day u Charles Cornwell saret nhar is-Sibt li għadda u matulha l-Amerikan qala’ diversi daqqiet b’saħħithom, tant li kellu jinħareġ minn fuq ir-ring minn tim mediku u ttieħed l-isptar. Patrick Dat miet fl-età ta’ 27 sena u matul il-karriera qasira tiegħu rnexxielu jirbaħ żewġ kampjonati f’livell t’amateur, fejn imbagħad qaleb għal karriera professjonali li matulha rebaħ 17-il ġlieda, ġie draw f’4 u tilef waħda biss. Minħabba li fis-17-il ġlieda li rebaħ, sitta minnhom kienu b’knockout, huwa kien mal-aqwa 10 boxers tad-WBC u l-IBF.

Patrick Day huwa r-raba’ boxer li miet fl-aħħar tliet xhur wara r-Russu Maxim Dadashev, l-Arġentin Hugo Santillan u l-Bulgaru Boris Stanchov.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Boxing

L-ex boxer Champion tad-Dinja Roberto Duran ittestja pożittiv għall-coronavirus u ttieħed fl-isptar għal aktar osservazzjoni. L-aħbar għamilha uffiċjali ibnu stess. Duran beda jħoss sintomi ta’ riħ qawwi matul il-ġurnata tal-bieraħ….

Boxing

Fl-Istati Uniti hemm stennija kbira għall-film li se jibda jinħadem dwar il-ħajja tal-boxer Mike Tyson. ‘Finding Mike’ se jkun film u biografija dwar wieħed mill-aqwa boxers li qatt kien hawn…

Boxing

Fis-sigħat li għaddew, l-awtopsja fuq il-kadavru ta’ Josie Harris, ikkonkludiet li l-mara kienet mietet minħabba overdose. F’Marzu li għadda, Harris kienet instabet mejta fil-karozza tagħha f’Valencia, f’Kalifornja. Hi kellha 40…

Boxing

Il-Boxer Brittaniku Anthony Joshua, Champion ta’ diversi titli fil-Boxing fil-kategorija Heavyweight fosthom tal-IBF, WBA u WBO ingħaqad fost l-eluf li nġabru f’marċ ta’ protesta l-bieraħ f’Watford fl-Ingilterra biex iwassal messaġġ…

Aktar