Boxing
Boxing: Ir-relazzjoni bejn il-boxer Chez Nihell u martu fuq ir-ring

Ir-relazzjoni bejn boxer u l-persuna li jkun hemm fil-kantuniera tassistih hija kruċjali. Imma x’jiġri meta l-boxer ikollu lil martu stess fil-kantuniera?

Din hija r-realtà li qiegħed jgħix il-boxer u suldat Brittaniku Chez Nihell waqt li qiegħed jipprepara għad-debutt tiegħu fl-O2 Arena ta’ Londra nhar is-Sibt 23 ta’ Frar. Chez ser ikollu lil martu Alanna Nihell tassistih mill-kantuniera tar-ring, fejn ser tkun qed ittih l-istruzzjonijiet neċessarji waqt il-ġlieda.

Alanna hija wkoll suldat fl-armata Brittanika u kienet l-ewwel mara li mexxiet lill-Army Elite Boxing Team għal sentejn sħaħ. Hija wkoll ċampjin tal-boxing meta rnexxielha tirbaħ tliet titli tal-ABA Lightweight u midalja tal-bronż fil-Logħob tal-Commonwealth fl-2014.

Is-suldat u boxer Chez, kien iservi bħala suldat fl-Afganistan u ddeċieda li jsegwi karriera professjonali fil-boxing wara li rċieva l-unur tal-British Army Sportsman of the Year f’Novembru tas-sena li għaddiet. Bl-għajnuna tal-Armata Brittanika huwa rnexxielu jibda l-karriera professjonali fil-boxing filwaqt li baqa’ suldat fl-armata.

Huwa żgur li l-aqwa partitarja ta’ Chez mhijiex ser tkun issegwih mal-folla fl-O2 Arena, imma ser tkun qiegħda hemm, fil-kantuniera, fl-aktar post qrib li tista’ tkun ta’ żewġha.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Boxing

Aħbar traġika hekk kif l-ex champion tad-dinja, il-boxer Amerikan Pernell ‘Sweet Pea’ Whitaker, miet f’inċident tat-traffiku f’Virginia Beach. Din l-aħbar tagħta l-Pulizija tal-post stess. Whitaker kellu 55 sena. Whitaker kien…

Boxing

L-Ispanjola Miriam Gutierrez kellha sena pjuttost imħallta imma sodisfaċenti. Wara li kienet sfat abbużata mill-partner tagħha waqt it-tqala bl-ewwel tarbija tagħhom, Gutierrez l-ewwel użat il-boxing u issa anke l-politika biex…

Boxing

Kollox lest għall-ġlieda boxing bejn Tyson Fury u Tom Schwarz. Dawn it-tnejn se jkunu qed jiġġieldu fi ġlieda li mhux se jkun fiha ebda titlu iżda mondjali, iżda se tkun qed…

Boxing

Boxing: Is-Sibt filgħaxija attivita’ ferm mistennija ‘Networking Fightclub’ organizzata minn Prize Boxing Promotions taħt l-iskrutinju tal-Malta Boxing Association. Illum sar il-Weigh-in tal-20 boxer li se jiġġieldu fl-għaxar ġlidiet ta’ għada. Fost…

Aktar