Boxing
Boxing: Ir-Russu Umar Kremlev elett bħala President ġdid tal-AIBA

L-AIBA l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Amateur Boxing għandha President ġdid dan huwa r-Russu Umar Kremlev li ġiet elett fil-kariga waqt il-Kungress virtwali li sar is-Sibt.

Kremlev, li kien jokkupka l-karig ta’ Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni tal-Boxing tar-Russja u membru fl-Eżekuttiv tal-AIBA ġab 86 vot kontra l-45 vot tal-Olandiż Boris van der Vorst u d-19 -il vot tal-President interim Mohamed Moustahsane dan tal-aħħar assuma r-responsabilita’ tat-tmexxija wara li l-AIBA kienet sospiża mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali.

L-Elezzjoni kellha tieħu xejn inqas minn erba’ rounds ta’ votazzjoni għaliex kien hemm ħames kandidati bl-ewwel tnejn li jkunu eliminati kienu Suleyman Mikayilov mill-Ażerbajġan u Anas Al Otaiba, l-President tal-Kontinent tal-Ażjatiku tal-Boxing.

L-ewwel biċċa xogħol għall-President il-ġdid hi li jneħħi s-sospensjoni tal-KOI sabiex il-Boxing jerġa’ jkun inkuż lura fl-Olimpijadi mill-edizzjoni 2024 li se ssir f’Pariġi.

Miktub minn...
TVM Sport
.