Boxing
Boxing – jirtira wara karriera mill-aqwa l-Ukren Wladimir Klitschko  

RAPPORT – Rodney Vassallo

Boxing 

L-Ukren ex Champion tad-Dinja tal-heavyweight Wladimir Klitschko irtira mix-xena tal-Boxing biex b’hekk kisser għal kollox kull possibilta ta’ rematch mar-rival tiegħu l-Brittaniku Anthony Joshua.

Dan wara li Klitschko li għandu wiehed u erbgħin sena sofra Knock Out fil-ħdax-il round kontra l-istess Joshua fil-bout li kienet saret f’Wembley Stadium f’April illi għadda.

Ir-rematch bejn dawn iż-żewġ Boxers li issa tħassret wara din id-deċiżjoni ta’ Klitschko li jirtira, kienet mistennija ssir f’Las Vegas f’Novembru li ġej.

Tul karriera mill-aqwa l-Ukren kiseb numru ta’ suċċessi u fl-elfejn u ħdax b’rebħa fuq il-boxer David Haye żied it-titlu WBA ma’ titli oħra fosthom l-IBF u d-WBO.

Fl-elfejn u ħmistax huwa sofra telfa xejn mistennija meta safa megħlub bil-punti mill-Brittaniku Tyson Fury, telfa li kienet tfisser li huwa tilef it-titlu ta’ Champion tal-heavyweight.

Klitschko qed jirtira mix-xena tal-Boxing Dinji b’numru rekord ta’ suċċessi fil-bout, total ta’ erbgħa u sittin rebħa, fosthom tlieta u ħamsin li waslu permezz ta’ Knock Out.

Miktub minn...
Rodney Vassallo