Boxing
Boxing: Joshua lil Parker – “L-ebda boxer fid-dinja ma jista’ jirbaħli”

Anthony Joshua, iċ-Champion tad-Dinja tal-World Heavyweight beda bl-ewwel botta indirizzata lejn l-avversarju tiegħu għat-titlu Joseph Parker billi qallu li l-ebda boxer uman f’din il-pjaneta ma jista’ jirbaħlu.

Il-ġlieda bejn it-tnejn hi pjanata f’Cardiff, f’Walers fil-31 ta’ Marzu li ġej.

Parker, min-naħa tiegħu, irrisponda billi qal li Joshua huwa boxer tajjeb iżda qal li din il-ġlieda ġiet fuqu bħala destin u jinsab kunfidenti li se jirbaħ.

Meta ffaċċjat b’din ir-risposta ta’ Parker, Joshua reġa’ rrisponda sarkastikament billi qal li din hi “fake news”.

Miktub minn...
TVM Sport