Boxing
Boxing: ‘Judgement Day’, għada fil-Padiljun f’Kordin mis-18.00 ‘il quddiem

‘Judgement Day’ hi ġurnata oħra ta’ boxing li se tkun organizzata għada s-Sibt minn Prizeboxing Promotions, fil-Padiljun Sportiv, f’Kordin mis-6.00pm ‘il quddiem.

Fis-serata ta’ għada hemm pjanati 23 ġlieda u ġlieda oħra bl-isem Sicily-Malta boxing shield fejn fiha se jikkompetu ħames boxers fuq kull naħa minn Sqallija u Malta, erba’ rġiel u mara.

It-tim li jirbaħ l-aktar minn dawn il-ħames ġlieded iżomm ix-Shield sal-avveniment li jmiss pjanat fi Sqallija f’Ġunju li ġej fejn dakinhar ħames boxers ġodda jikkompetu għall-istess shield.

Il-bibien għal dan l-avveniment ta’ għada ‘Judgement Day’ jiftħu fil-5.00pm.

Miktub minn...
TVM Sport