Boxing
Boxing: Katie Taylor iżżomm it-titlu mondjali lightweight

L-Irlandiża Katie Taylor żammet it-titlu mondjali lightweight iżda kellha titħabat biex ilbieraħ filgħaxija għelbet lill-Amerikana Jennifer Han bil-punti finali fil-ġlieda li saret f’Leeds, fl-Ingilterra.

L-ex Champion tad-Dinja tal-featherweight Han, ta’ 38 sena, telgħet żewġ diviżjonijiet biex setgħet tisfida lil Taylor u minkejja li tilfet kellha wirja mill-aqwa.

Taylor, ta’ 35 sena, tefgħet mal-art lill-Amerikana min Texas fit-tmien rawnd li iżda regħet qamet u kompliet bil-ġlieda sal-aħħar.

Din kienet id-19-il rebħa fil-karriera ta’ Katie Taylor.

Il-punti finali kienu 100 għal 89 favur l-Ingliża.

 

Miktub minn...
TVM Sport