Boxing
Boxing: Kid Galahad jegħleb lil Jazza Dickens u jirbaħ it-titlu featherweight

Kid Galahad jegħleb lil Jazza Dickens fl-aħħar tal-11-il rawnd tal-ġlieda bejn iż-żewġ boxers Ingliżi li kienet tikkonsisti fit-titlu featherweight.

Galahad ta’ 31 sena iddomina din il-ġlieda li saret fil-Matcroom Fight Camp ta’ Essex ilbieraħ filgħaxija.

Il-ġlieda kellha titwaqqaf wara demm li ħareġ minn għajnejn ix-xellugija ta’ Dickens li ma ħallietux ikompli.

Dan kien l-ewwel titlu mondjali ta’ Galahad fid-29 ġlieda tiegħu bħalha boxer professjonali.

 

Miktub minn...
TVM Sport