Boxing
Boxing: Kremlev bi pjan ta’ sitt xhur…. irid jikseb il-fiduċja lura tal-KOI

Boxing: Il-President elett il-ġdid tal-AIBA r-Russu Umar Kremlev tkellem għall-ewwel darba minn meta ġie elett dwar il-pjan li għandu għas-sitt xhur li ġejjin sabiex l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Amateur Boxing terġa’ tikseb il-kredibilita’ mal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali. Il-ħsieb aħħari tiegħu hu li dan l-Isport ikun inkluż lura fl-Olimpijadi sa mill-edizzjoni ta’ Pariġi tas-sena 2024.

Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali kien issospenda lill-AIBA u ma ħallithomx jorganizzaw il-kwalifikazzjoni għall-Olimpijadi ta’ Tokjo wara li rriżulta nuqqas ta’ governanza tajba, nuqqas ta’ serjeta’ fl-amministrazzjoni ta’ finanzi u nuqqas ta’ etika.

Kremlev, qal li qed jaħdem sabiex il-Kummissjoni tal-Marketing tattira xejn inqas minn 60miljun ewro fuq is-sentejn li ġejjien bl-għan aħħari li l-AIBA terġa’ tqum fuq saqajha u tkun in regola mar-rekwiżiti imposti mill-KOI.

Miktub minn...
TVM Sport
.