Boxing
Boxing: Kubrat Pulev, il-Bulgaru li bies il-ġurnalista, sospiż sa Lulju li ġej

Il-boxer Bulgaru Kubrat Pulev instab ħati ta’ fastidju sesswali wara li bies ġurnalista fuq xufftejha f’Marzu li għadda. Pulev, imlaqqam “The Cobra” bies lill-ġurnalista Jennifer Ravalo wara ġlieda li kellu kontra r-Rumen Bogdan Dinu. Għalkemm Ravalo ma dehritx li ddejqet daqshekk bil-bewsa xejn mistennija tal-Bulgaru, il-kamra tal-aħbarijiet li taħdem magħha kienet ħarġet stqarrija ftit tal-minuti wara fejn qalet li kienet ser tfittex lil Pulev għaliex Ravalo ħassitha ffastidjatha sesswalment.

Fis-smiegħ tal-bieraħ, Kubrat Pulev spiċċa sospiż mill-istat ta’ California u mill-California State Athletic Commission sa Lulju ta’ din is-sena, u barra minn hekk irid jattendi sessjonijiet kontra l-fastidju sesswali u jħallas il-multa ta’ $2,500 qabel ma jkun jista’ jerġa’ jiġġieled f’dan l-istat Amerikan. Fis-smiegħ tal-bieraħ ħareġ ukoll li Pulev mhux biss bies lil Ravalo fuq xufftejha quddiem il-kamera, imma anke qabdilha l-warrani wara li spiċċat l-intervista.

Kubrat Pulev skuża ruħu tal-azzjonijiet tiegħu u matul is-smiegħ kien assistit mill-għarusa tiegħu Andrea li kienet bilqiegħda warajh. Skont l-avukati ta’ Pulev, il-boxer inqabad f’mument fejn tant kien kuntent u ferħan li rebaħ il-ġlieda li ma kkontrollax lilu nnifsu. Huma saħqu li dakinhar, Ravalo ma tantx dehret li ddejqet bil-bewsa, tant li wara ngħaqdet mal-boxer fiċ-ċelebrazzjonijiet li saru filgħaxija.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Boxing

Boxing: Is-Sibt filgħaxija attivita’ ferm mistennija ‘Networking Fightclub’ organizzata minn Prize Boxing Promotions taħt l-iskrutinju tal-Malta Boxing Association. Illum sar il-Weigh-in tal-20 boxer li se jiġġieldu fl-għaxar ġlidiet ta’ għada. Fost…

Boxing

Il-boxer Irlandiż tal-mixed martial arts Conor McGregor ħabbar li rtira mill-isport. Dan il-boxer ħabbar dan permezz ta’ tweet fuq Twitter u ħasad lil kulħadd għaliex l-aħbar ma kenitx mistennija. Għalkemm…

Boxing

Il-boxer Bulgaru Kubrat Pulev spiċċa jbus ġurnalista Amerikana li kienet qiegħda tintervistah wara l-ġlieda li kellu kontra Bogdan Dinu tar-Rumanija. Il-ġlieda saret f’Kalifornja u l-Bulgaru ta’ 37 sena kien qiegħed…

Boxing

Iċ-champion tal-Heavyweight, Deontay Wilder, qal li qiegħed iħossu lest u demmu jbaqbaq għall-ġlieda li għandu kontra Dominic Breazeale f’Mejju li ġej. Iż-żewġ ġellieda ltaqgħu waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn fiha tħabbru…

Aktar