Boxing
Boxing: Kważi ġġieldu live waqt il-programm Sports Panorama. ‘Face off’ live bejn iċ-Ċoqqos u l-Viper

Iż-Żewġ Boxers Maltin Christian Schembri u Richard Vella kważi ġew fl-idejn hekk kif il-face off li kien ippjanat waqt il-programm Sports Panorama spiċċa biż-żewġ boxers jimbuttaw lil xulxin bir-ras.

Schembri u Vella se jkunu qed jiġġieldu kontra xulxin nhar is-Sibt 19 ta’ Mejju fl-attivita’ Locked and Loaded organiżżata min Prize Boxing Promotions u se jissieltu għat-titlu Nazzjonali tal-kategorija tagħhom.

Il-‘Face off’ kienet ippjanata u aċċetata miż-żewġ boxers li ssir live waqt il-programm immexxi minn Sandro Micallef, iżda li ma kienx ippjanat u li l-promoter Demis Tonna meta mistoqsi min jaħseb li se jirbaħ u qal li skond hu Richard Vella kien se jirbaħ il-ġlieda u li kien se jirbaħha qabel l-għaxar rounds li hemm skedati. Hemm inqala’ battibekk bejn iż-żewġ boxers.

Il-ġlieda bejn Christian ‘Ċoqqos’ Schembri u Richard ‘The Viper’ Vella se ssir nhar is-Sibt fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin.

 

Miktub minn...
TVMSports
Aħbarijiet Oħra
Boxing

Il-Filippin Manny Pacquiao sejjaħ lill-avversarju tiegħu bħala ġellied aggressiv, ftit wara li dehru flimkien fuq il-palk għal konferenza tal-aħbarijiet qabel il-ġlieda li ser jiġġieldu fil-Malasja. Pacquiao ser jiġġieled kontra l-Arġentin…

Boxing

L-ex champion mondjali tal-heavyweight Tyson Fury kellu reazzjoni differenti milli s-soltu jkollu f’konferenzi simili fejn dejjem kważi jkun se jispiċċa jħebb gġall-avversarji tiegħu. Id-data tal-lieda għad trid titħabbar. Din id-darba,…

Aktar