Boxing
Boxing: L-ex Champion tad-Dinja Roberto Duran pożittiv għall-coronavirus

L-ex boxer Champion tad-Dinja Roberto Duran ittestja pożittiv għall-coronavirus u ttieħed fl-isptar għal aktar osservazzjoni.

L-aħbar għamilha uffiċjali ibnu stess.

Duran beda jħoss sintomi ta’ riħ qawwi matul il-ġurnata tal-bieraħ.

Robin Duran qal li missieru qiegħed taħt osservazzjoni kontinwa sakemm jirkupa.

L-ex boxer ta’ 69 sena mill-Panama rtira fl-2011 u għadu meqjus bħala wieħed mill-aqwa fil-kategorija ‘lightweight’, fl-Istorja ta’ dan l-isport.

Fil-karriera tiegħu rebaħ 103 ġlidied, 70 minnhom b’knock outs u tilef 16 biss.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Boxing

Fl-Istati Uniti hemm stennija kbira għall-film li se jibda jinħadem dwar il-ħajja tal-boxer Mike Tyson. ‘Finding Mike’ se jkun film u biografija dwar wieħed mill-aqwa boxers li qatt kien hawn…

Boxing

Fis-sigħat li għaddew, l-awtopsja fuq il-kadavru ta’ Josie Harris, ikkonkludiet li l-mara kienet mietet minħabba overdose. F’Marzu li għadda, Harris kienet instabet mejta fil-karozza tagħha f’Valencia, f’Kalifornja. Hi kellha 40…

Boxing

Il-Boxer Brittaniku Anthony Joshua, Champion ta’ diversi titli fil-Boxing fil-kategorija Heavyweight fosthom tal-IBF, WBA u WBO ingħaqad fost l-eluf li nġabru f’marċ ta’ protesta l-bieraħ f’Watford fl-Ingilterra biex iwassal messaġġ…

Boxing

Il-boxer mondjali Floyd Mayweather qal li kien qed jofri biex iħallas l-ispejjeż kollha tal-funeral ta’ George Floyd, l-Amerikan-Afrikan li nqatel mill-Pulizija ta’ Minneapolis fil-ħin li kien fil-kustodja tagħhom, fil-jiem li…

Aktar