
Boxing
Boxing: Leon Spinks f’qagħda kritika
F’messaġġ fuq il-midja soċjali l-mara tal-eks Champion tad-Dinja tal-Heavyweight fil-Boxing, Brenda Spinks, titlob lis-segwaċi tagħha sabiex jitolbu għal żewġha li ddaħħal l-isptar il-bieraħ.
Il-midja internazzjonali qed tirraporta li Leon Spinks iddaħħal l-isptar f’Las Vegas f’qagħda kritika. Fuq Facebook, Brenda Spinks kompliet tikteb li din is-sena kienet waħda diffiċli għal żewġha fejn kellu numru ta’ problemi mediċi.
L-eks boxer ta’ 66 sena jibqa’ mfakkar għal meta għeleb lil-leġġenda Muhammad Ali f’waħda mill-ikbar sorpriżi fil-boxing.
Leon Spinks rebaħ il-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi ta’ Montreal fl-1976. Fl-aħħar snin Spinks sofra min numru ta’ problemi mediċi u lura fl-2014 sarlu intervent mediku fl-abdominali.