Boxing
Boxing lokali: iċ-Ċoqqos jirbaħ lil Scott Dixon
Il-boxing jirritorna wara l-coronavirus

Christian Ċoqqos Schembri għeleb lir-rival antik Scott Dixon fuq għaxar rounds fi ġlieda li rat lill-ex-champion tal-Commonwealth Dixon jirritorna fir-ring minn sospensjoni t’erba’ snin.

L-event ta’ tmiem il-ġimgħa li għadda fil-Montekristo Estates fissret ukoll ir-ritorn tal-boxing live f’Malta wara l-waqfa minħabba l-coronavirus.

Dixon iġġieled tajjeb imma Schembri rebaħ meritatament biex issa jinsab 2-1 minn fuq fil-kont personali ma’ Dixon.

Fi ġlieda oħra, Brandon Borg żamm ir-rekord ta’ mhux megħlub b’knockout fl-ewwel round fuq Rakhim Kazanov. Ir-rebħa kienet id-disa’ waħda minn disgħa għal Borg.

L-event organizzat mill-promoter lokali Demis Tonna kien streamjat dirett madwar id-dinja.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Boxing

Boxing: Il-bieraħ fil-Montekristo Estates saret promozzjoni oħra ta’ Impact Promotions sanzjonata mill-Malta Boxing Association fejn fiha ġġieled il-Boxer Libjan li ilu residenti f’Malta għal diversi snin Malik Zinad. Zinad iġġieled…

Boxing

L-ex Champion tad-Dinja tal-heavyweight Mike Tyson se jkun qed jirritorna fir-ring għall-ġlieda ta’ esebizzjoni kontra l-ex Champion tal-weight world, Roy Jones Jr. Il-ġlieda hi skedata li ssir fit-12 ta’ Settembru,…

Boxing

Boxing lokali illum saret weigh in ta’ boxers li se jkunu qed jiġġieldu għada fl-avveniment The Trilogy III organizzata minn Prize Boxing Promotions. Fost il-ġliediet mistennija għal għada hemm dik…

Boxing

L-ex boxer Champion tad-Dinja Roberto Duran ittestja pożittiv għall-coronavirus u ttieħed fl-isptar għal aktar osservazzjoni. L-aħbar għamilha uffiċjali ibnu stess. Duran beda jħoss sintomi ta’ riħ qawwi matul il-ġurnata tal-bieraħ….

Aktar