Boxing
Boxing: Mike Tyson se jirritorna għal ġlieda ta’ esebizzjoni kontra Roy Jones Jr

L-ex Champion tad-Dinja tal-heavyweight Mike Tyson se jkun qed jirritorna fir-ring għall-ġlieda ta’ esebizzjoni kontra l-ex Champion tal-weight world, Roy Jones Jr.

Il-ġlieda hi skedata li ssir fit-12 ta’ Settembru, f’Los Angeles.

Tyson, ta’ 54 sena, iġġieled l-aħħar fi ġlieda professjonali fl-2005 meta dakinhar kien tilef kontra l-Irlandiż Kevin McBride.

Din kienet is-sitt telfa tul il-karriera kollha, li fiha kellu 58 ġlieda.

Jones, ta’ 51 sena, ilu ma jiġġieled minn meta kien għeleb lill-Iskoċċiż Scott Sigmon fi Frar tal-2018.

Il-ġlieda se jkollha massimu ta’ tmien rawnds u se tintwera diretta fuq l-istazzjonijiet pay-per-view.

Mike Tyson hu l-iżgħar boxer li qatt sar Champion tal-heavyweight ta’ kull żmien meta fl-1986, ta’ 20 sena, għeleb lil Trevor Berbick.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Boxing: Il-bieraħ fil-Montekristo Estates saret promozzjoni oħra ta’ Impact Promotions sanzjonata mill-Malta Boxing Association fejn fiha ġġieled il-Boxer Libjan li ilu residenti f’Malta għal diversi snin Malik Zinad. Zinad iġġieled…

Christian Ċoqqos Schembri għeleb lir-rival antik Scott Dixon fuq għaxar rounds fi ġlieda li rat lill-ex-champion tal-Commonwealth Dixon jirritorna fir-ring minn sospensjoni t’erba’ snin. L-event ta’ tmiem il-ġimgħa li għadda…

Boxing lokali illum saret weigh in ta’ boxers li se jkunu qed jiġġieldu għada fl-avveniment The Trilogy III organizzata minn Prize Boxing Promotions. Fost il-ġliediet mistennija għal għada hemm dik…

L-ex boxer Champion tad-Dinja Roberto Duran ittestja pożittiv għall-coronavirus u ttieħed fl-isptar għal aktar osservazzjoni. L-aħbar għamilha uffiċjali ibnu stess. Duran beda jħoss sintomi ta’ riħ qawwi matul il-ġurnata tal-bieraħ….

Aktar