Boxing
Boxing: Minn boxer professjonali jispiċċa jgħix f’faqar estrem

L-eks ċampjin Olandiż Rudi Lubbers irid jerġa’ jqum fuq saqajh wara xahrejn jgħix f’faqar estrem fil-Bulgarija. Rudi Lubers, li 45 sena ilu kien iġġieled ma’ Muhammad Ali u tilef biss bil-punti f’Jakarta kien qiegħed jgħix ġo vann imkisser, bla dawl, ilma u faċilitajiet sanitari. Rudi, li għandu 73 sena, kien qiegħed jgħix f’dawn il-kundizzjonijiet mal-partner tiegħu Ria fin-nofsinhar tal-Bulgarija, u rnexxilhom jegħlbu l-kesħa kbira, imma fl-aħħar sigħat il-partner kellha tiddaħħal l-isptar.

Lubbers kien irrappreżenta lill-Olanda fl-Olimpjadi tal-1964 u l-1968, qabel ma’ sar boxer professjonali fl-1970.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Boxing

Il-boxer Bulgaru Kubrat Pulev instab ħati ta’ fastidju sesswali wara li bies ġurnalista fuq xufftejha f’Marzu li għadda. Pulev, imlaqqam “The Cobra” bies lill-ġurnalista Jennifer Ravalo wara ġlieda li kellu…

Boxing

Il-boxer Irlandiż tal-mixed martial arts Conor McGregor ħabbar li rtira mill-isport. Dan il-boxer ħabbar dan permezz ta’ tweet fuq Twitter u ħasad lil kulħadd għaliex l-aħbar ma kenitx mistennija. Għalkemm…

Boxing

Il-boxer Bulgaru Kubrat Pulev spiċċa jbus ġurnalista Amerikana li kienet qiegħda tintervistah wara l-ġlieda li kellu kontra Bogdan Dinu tar-Rumanija. Il-ġlieda saret f’Kalifornja u l-Bulgaru ta’ 37 sena kien qiegħed…

Boxing

Iċ-champion tal-Heavyweight, Deontay Wilder, qal li qiegħed iħossu lest u demmu jbaqbaq għall-ġlieda li għandu kontra Dominic Breazeale f’Mejju li ġej. Iż-żewġ ġellieda ltaqgħu waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn fiha tħabbru…

Aktar