Boxing
MMA: Nurmagomedov u McGregor immultati u sospiżi

Il-Kumissjoni Atletika tal-Istat ta’ Nevada issospendiet u mmultat lill-ġellieda Conor McGregor u Khabib Nurmagomedov wara dak li nqala’ f’Ottubru li għadda fil-ġlieda li kellhom bejniethom.

Dakinhar f’Las Vegas, Nurmagomedov irnexxielu joħroġ rebbieħ fuq McGregor fir-raba’ round, biex b’hekk huwa baqa’ mhux megħlub fil-karriera tiegħu, b’27-0, fejn anke żamm it-titlu tal-UFC Lightweight Championship.

Biss, malli spiċċat il-ġlieda, Nurmagomedov deher jaqbeż mill-gaġġa u niżel fuq l-ispettaturi fejn kien hemm diversi daqqiet bejn il-kamp tar-Russu u dak tal-Irlandiż. Anke McGregor spiċċa jiġġieled ma’ xi nies milli kienu qegħdin jissapportjaw lil Nurmagomedov.

Ir-Russu weħel disa’ xhur sospensjoni u multa ta’ €437,000, filwaqt li McGregor weħel sitt xhur sospensjoni u multa ta’ €44,000.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Sports Internazzjonali

Xi nies f’Los Angeles setgħu ħasbu li raw meteoriti jaqbdu għaddejja fis-sema ta’ fuqhom nhar l-Erbgħa li għadda. Dan wara li The Red Bull Air Force wettqu stunt riskjuża għall-aħħar,…

Atletika

Esperjenza mill-aqwa għaż-żgħażagħ Maltin fl-iSpecial Olympics World Games li saru f’Abu Dhabi mill-Ħamis 14 ta’ Marzu u li ser jiġu fi tmiemhom aktar tard illum biċ-ċerimonja tal-għeluq. Dan kien l-akbar…

Boxing

Iċ-champion tal-Heavyweight, Deontay Wilder, qal li qiegħed iħossu lest u demmu jbaqbaq għall-ġlieda li għandu kontra Dominic Breazeale f’Mejju li ġej. Iż-żewġ ġellieda ltaqgħu waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn fiha tħabbru…

Aktar