Boxing
Boxing: Oleksandr Usyk jegħleb lil Anthony Joshua u jirbaħ iċ-ċintorini WBA, WBO, IBF u IBO

L-Ukren Oleksandr Usyk għeleb lil Anthony Joshua b’deċiżjoni anonima tal-punti quddiem folla kbira li attendiet għall-ġlieda fit-Tottenha, Hotspur Stadium ta’ Londra tard ilbieraħ filgħaxija.

Usyk, ta’ 34 sena, iddomina l-ġlieda għal ħafna mill-ħin u kien viċin li jniżżel lil Joshua b’knock out fit-12-il rawnd, iżda dan tal-aħħar irnexxielu jżomm fuq saqajh.

Id-deċiżjoni finali tal-judges premjat lil Usyk biċ-ċintorini WBA, WBO, IBF u IBO.

Din kienet it-tielet ġlieda fil-karriera ta’ Usyk fil-kategorija tal-heavyweight.

Miktub minn...
TVM Sport