Boxing
Boxing: Oscar De La Hoya se jirtira mill-karriera professjonali fit-3 ta’ Lulju

Oscar De La Hoya qal li se jkun qed jirtira mill-karriera professjonali fit-3 ta’ Lulju li ġej wara l-aħħar ġlieda tiegħu.

L-avversarju ta’ De La Hoya se jkun magħruf fil-jiem li ġejjin u għall-boxer ta’ 48 sena, din se tkun l-ewwel ġlieda mill-2008.

De La Hoya jrid jisfida lil Floyd Mayweather li l-ġlieda ta’ bejniethom fl-2007 kienet l-aktar avvenimnent sportiv li ġġenera flus fl-Istorja tal-isport.

Din il-ġlieda bejn l-Amerikani se tasal wara li Mike Tyson iġġieled kontra Roy Jones Jr fis-sena li għaddiet, avveniment li kien sar għall-karità u li ntemm fi draw.

Mayweather għandu ġlieda oħra iktar tard din is-sena kontra Logan Paul.

L-aħħar ġlieda professjonali li kellu De La Hoya kienet it-telfa kontra Manny Pacquiao fl-2008.

Miktub minn...
TVM Sport