Boxing
Boxing: Saul ‘Canelo’ Alvarez iħabbar li se jkun qed jiddefendi t-titli WBC u WBA

Saul ‘Canelo’ Alvarez ħabbar li se jkun qed jiddefendi t-titli WBC u WBA fil-kategorija super-middleweight meta fis-27 ta’ Frar li ġej se jisfida lill-boxer Tork Avni Yildirim.

Il-ġlieda se ssir fil-Hard Rock Stadium ta’ Miami.

Il-Messikan, li f’Diċembru li għadda għeleb b’kumdità kbira lil Callum Smith tal-Brittanja, tilef darba waħda biss fil-karriera tiegħu kontra Floyd Mayweather Jr fl-2013.

It-Tork Avni Yildirim għandu żewġ telfiet biss fi 23 ġlieda. L-aħħar telfa tiegħu kienet fi Frar tal-2019 kontra Anthony Direll.

 

Miktub minn...
TVM Sport