Boxing
Boxing: Is-Sibt Pound for Pound b’21 ġlieda f’Kordin

Għada serata ta’ Boxing oħra imtella’ minn Prize Boxing Promotions sanzjonata mill-Malta Boxing Association. Iktar kmieni llum saret il-Weigh In tal-boxers kollha li se jiġġieldu għada. B’kollox hemm programmati 21 ġlieda bil-programm jibda mill-4.30pm ‘il quddiem. L-ewwel 10 ġliediet se jkunu għal Boxers Amateurs, bit-tieni set ta’ ġliediet jinkludu fihom ġlied fuq livell ta’ Novice Pro u Professional. Fl-azzjoni għada fil-Padiljun ta’ Kordin fost l-oħrajn Mandy Cortis, Lydon Chircop, Theon Camilleri, Malik Zinad, Brandon Borg, Christian Schembri u Richard Vella. L-attivita’ Pound for Pound se tkun qed tixxandar fuq TVM2 fil-ġranet li ġejjien.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.