Boxing
Boxing – Stennija kbira għar-rematch heavyweight bejn Wilder u Fury s-Sibt f’Las Vegas

Tkompli l-istennija fil-Boxing għall-ġlieda heavyweight bejn Deontay Wilder u Tyson Fury li waslu Las Vegas qabel il-ġlieda ta’ bejniethom is-Sibt.

Fl-aħħar siegħat anke kkonfrontaw lil xulxin waqt avveniment għall-istampa b’dikjarazzjonijiet offensivi lejn xulxin dwar il-passat tagħhom.

Din ir-rematch qed tqajjem interess kbir u qed tiġġenera miljuni kbar f’pubbliċita bejn il-mhux megħlub WBC Heavyweight World Champion “The Bronze Bomber” il-laqam ta’ Wilder u l-ex Champion Tyson “The Gypsy King” Fury, li sa issa għadu qed jitqies bħala l-underdog fost il-bookmakers f’Las Vegas.

Deontay Wilder u Tyson Fury fil-heavyweight rematch nhar is-Sibt fil-ħdax ta’ bil-lejl ħin ta’ Malta, fil-Grand Garden Arena, Las Vegas, Nevada, Stati Uniti.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Boxing

Il-boxer mondjali Floyd Mayweather qal li kien qed jofri biex iħallas l-ispejjeż kollha tal-funeral ta’ George Floyd, l-Amerikan-Afrikan li nqatel mill-Pulizija ta’ Minneapolis fil-ħin li kien fil-kustodja tagħhom, fil-jiem li…

Boxing

L-ex champion tal-heavyweight Evander Holyfield tefa’ video tiegħu waqt it-taħriġ fuq Twitter. Il-video kompla jitfa’ l-ħatab fuq in-nar bl-ispekulazzjoni dejjem tikber li Holyfield u Tyson ser jirritornaw kontra xulxin fuq…

Boxing

Il-Malta Boxing Association għandha President ġdid dan hu Marc James li ħa post Michael Bonello b’dan tal-aħħar kien wera’ x-xewqa li ma jkompliex fil-kariga. F’Kumment lil TVM Sport Marc James…

Boxing

Evander Holyfield sfida lil Mike Tyson biex jerġgħu jirritornaw fir-ring u jiġġieldu għall-karità. Tyson, ta’ 53 sena, tefa’ filmat ta’ ftit sekondi fuq il-media soċjali fejn qal li kien qed…

Aktar