Boxing
Boxing: Steve Martin sospiż wara test li sarlu min NADO tal-Italja

Boxing: Aħbar negattiva għall-Boxer Malti Steve Martin li ttestja pożittiv għas-sustanzi li huma pprojbiti fiċ-Charter internazzjonali ta’ kontra d-Doping.
Steve Martin sarlu test wara ġlieda li saret f’Palermo fit-3 ta’ Frar li għadda. It-test sarlu min NADO tal-Italja.  Is-Sustanzi li għalihom ittestja pożittiv Martin huma l-Hexaneamine u l-Metabolite li kienu sustanzi li kienu f’pilloli li l-istess atleta jidher li kkonsma biex inaqqas il-piż fil-ġimgħat ta’ qabel dil-il-ġlieda. Is-sospensjoni immedjata daħlet fis-seħħ fl-ewwel ta’ Marzu bis-sentenza fil-konfront tiegħu mistennija toħroġ fil-ġimgħat li ġejjin. Il-Boxer Malti kkonferma dan kollu wkoll permezz tal-profil tiegħu fuq facebook fejn daħal fid-dettal tal-fatti.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Boxing

Kollox lest għall-ġlieda boxing bejn Tyson Fury u Tom Schwarz. Dawn it-tnejn se jkunu qed jiġġieldu fi ġlieda li mhux se jkun fiha ebda titlu iżda mondjali, iżda se tkun qed…

Boxing

Boxing: Is-Sibt filgħaxija attivita’ ferm mistennija ‘Networking Fightclub’ organizzata minn Prize Boxing Promotions taħt l-iskrutinju tal-Malta Boxing Association. Illum sar il-Weigh-in tal-20 boxer li se jiġġieldu fl-għaxar ġlidiet ta’ għada. Fost…

Boxing

Il-boxer Bulgaru Kubrat Pulev instab ħati ta’ fastidju sesswali wara li bies ġurnalista fuq xufftejha f’Marzu li għadda. Pulev, imlaqqam “The Cobra” bies lill-ġurnalista Jennifer Ravalo wara ġlieda li kellu…

Boxing

Il-boxer Irlandiż tal-mixed martial arts Conor McGregor ħabbar li rtira mill-isport. Dan il-boxer ħabbar dan permezz ta’ tweet fuq Twitter u ħasad lil kulħadd għaliex l-aħbar ma kenitx mistennija. Għalkemm…

Aktar