Boxing
Boxing: Super Steve Martin jiġġieled għat-titlu WBC tal-Mediterran tal-boxing

Il-Boxer Malti Super Steve Martin, għada s-Sibt se jiġġieled għat-titlu WBC tal-Mediterran tal-kategorija Welterweight.

Hu se jkun qed jiġġieled kontra l-boxer tal-mument rivelazzjoni fil-preżent fi Franza Jose Gomez. Il-ġlieda se ssir f’Toulon fi Franza u se tkun sanzjonata mill-World Boxing Commission.

Steve Martin għandu record pożittiv ta’ 15-il-rebħa (12 minnhom b’Knock Out), erba’ telfiet u draw.

L-avversarju Franciz Gomez għadu qatt ma tilef kemm ilu jiġġieled fuq bażi professjonali u għandu rekord ta’ 13-il rebħa (5 b’knock Outs) mill-2014 sal-lum.

Jakkumpanjaw lil Steve Martin f’Toloun hemm il-Manager tiegħu Demis Tonna u madwar 20 dilettant tal-boxing kollha sabiex jagħtu l-appoġġ lill-boxer Malti.

Il-ġlieda tas-Sibt tibda fl-10.00pm.

Miktub minn...
TVM Sport