Boxing
Boxing: Tyson Fury – Anthony Joshua għal Awwissu li ġej fl-Arabja Sawdija

L-Arabja Sawdija se tkun qed tospita ġlieda boxing ta’ valur kbir, dik tat-titlu heavyweight bejn Tyson Fury u Anthony Joshua.

L-aħbar ingħatat mill-promutur Eddie Hearn li qal li l-ġlieda se tkun qed issir lejn f’Awwissu li ġej.

Joshua għandu t-titlu IBF, WBO, WBA u IBO mentri Fury għandu t-titlu WBC.

Joshua kien rebaħ lura t-titli tiegħu mingħand Andy Ruiz f’Diċembru tal-2019.

Hearn qal li jagħmel sens għal kulħadd li l-ġlieda ssir hekk kif jintemmu l-Olimpjadi.

L-aktar data possibbli hija l-14 ta’ Awwissu.

Miktub minn...
TVM Sport