Boxing
Boxing: Tyson Fury b’reazzjoni differenti min-normal

L-ex champion mondjali tal-heavyweight Tyson Fury kellu reazzjoni differenti milli s-soltu jkollu f’konferenzi simili fejn dejjem kważi jkun se jispiċċa jħebb gġall-avversarji tiegħu. Id-data tal-lieda għad trid titħabbar.

Din id-darba, Fury deher jerfa’ lil Sefer Seferi qabel il-ġlieda ta’ 10 rawnds li mistennija ssir f’Manchester.

Il-boxer ta’ 29 sena minn Briton, li għadu ma ġġilidx sa minn meta rebaħ iċ-ċintorini IBF, il-WBA u l-WBO mingħand Wladimir Klitschiko f’Novembru tal-2015, se jiġġieled kontra l-Albaniż Seferi ta’ 39 sena fil-Manchester Arena.

Dan se jkun ir-ritorn ta’ Fury wara s-sospensjoni minħabba doping.

Miktub minn...
TVM Sport