Boxing
Boxing: Tyson Fury – Deontay Wilder, possibbilment għat-tielet darba f’Ottubru li ġej

Iċ-Champion tad-Dinja tal-heavyweight Tyson Fury u l-Amerikan Deontay Wilder jistgħu possibbilment jerġgħu jiġġieldu għat-tielet darba bejniethom f’Ottubru li ġej.

Din l-aħbar taha Frank Warren, il-promoter tal-ġlieda.

Ix-xahar li għadda, Fury għeleb lil Wilder b’knock-out fis-seba’ rawnd fil-ġlieda li saret fl-MGM Grand ta’ Las Vegas biex rebaħ it-titlu mondjali WBC.

Iż-żewġ boxers kienu diġà ġġieldu f’Los Angeles f’Diċembru tal-2018 u spiċċaw fi draw kontroversjali.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Boxing

L-ex champion tal-heavyweight Evander Holyfield tefa’ video tiegħu waqt it-taħriġ fuq Twitter. Il-video kompla jitfa’ l-ħatab fuq in-nar bl-ispekulazzjoni dejjem tikber li Holyfield u Tyson ser jirritornaw kontra xulxin fuq…

Boxing

Il-Malta Boxing Association għandha President ġdid dan hu Marc James li ħa post Michael Bonello b’dan tal-aħħar kien wera’ x-xewqa li ma jkompliex fil-kariga. F’Kumment lil TVM Sport Marc James…

Boxing

Evander Holyfield sfida lil Mike Tyson biex jerġgħu jirritornaw fir-ring u jiġġieldu għall-karità. Tyson, ta’ 53 sena, tefa’ filmat ta’ ftit sekondi fuq il-media soċjali fejn qal li kien qed…

Aktar