Boxing
Boxing: Tyson Fury, il-boxer Ingliż tal-heavyweight, fetaħ sessjoni ta’ taħriġ għall-media f’Los Angeles

Tyson Fury, il-boxer Ingliż tal-heavyweight, fetaħ sessjoni ta’ taħriġ f’Los Angeles biex jipprepara għal-ġlieda li jmissu kontra l-Amerikan Deontay Wilder.

L-ex champion tal-heavyweight Fury tħarreġ quddiem il-media kollha f’Churchil Boxing Club għall-ġlieda li għandu skjedata fl-1 ta’ Diċembru kontra Wilder fi Staples Center.

Il-ġlieda se tkun it-tielet waħda għal Fury minn meta rritorna fir-ring minn sentejn u nofs ilu lil hawn.

Ir-rebbieħ tal-ġlieda jkun fl-aqwa pożizzjoni possibbli biex jisfida liċ-champions tad-WBA, IBF, WBO u IBO Anthony Joshua.

Miktub minn...
TVM Sport