Boxing
Boxing: Tyson Fury jgħid li jrid jibqa’ jgħin sal-aħħar ta’ ħajtu lill-persuni bi problemi mentali

Boxing: L-ex champion tad-dinja tal-heavyweight Tyson Fury qal li kien ‘daq il-mewt’ fiż-żmien meta kien għadej minn kriżi mentali li kienet kważi waslitu biex itemm hajtu iżda llum jinsab b’saħħtu u qiegħed jgħin lil kull min għandu bżonn l-għajnuna.

Il-boxer Ingliż kiser is-silenzju għall-ewwel darba minn meta kien għaddej minn perjodu ħażin f’ħajtu u qal li qed jagħmel dan biex jagħtu kuraġġ lil ħaddieħor.

Fury kien ixxokkja d-dinja meta lura fl-2015, kontra kull mistenni, għeleb lil Wladimir Klitschko biex akkwista t-titli IBF, WBA u WBO.

Iżda s-sena ta’ wara tilef dawn l-unuri minħabba l-problema li kellu tal-alkoħol u d-droga, żid ħafna fil-piż tiegħu u fi kliemu stess qal li qatt ma emmen li xi darba kien se jerġa’ jirritorna fir-ring.

Fury qal li ġo fih trabbiet passjoni biex sal-aħħar ta’ ħajtu jibqa’ jgħin nies li għaddejjin minn problema mentali.

Miktub minn...
TVM Sport