
Boxing
Boxing: Tyson lura għall-ġlied wara 15-il sena
Boxing. Żewġ leġġendi tal-boxing mondjali intiżnu tard il-Ġimgħa filgħaxija sabiex ftit tas-sigħat oħra jieħdu sehem f’bout ta’ eżibizzjoni kontra xulxin. Fil-fatt il-boxer leġġendarju Mike Tyson se jkun qed joħodha kontra Roy Jones. Din il-ġlieda kellha titmexxa minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u sa fl-aħħar id-dilettanti kollha ta’ dan l-isport se jaqtgħu xewqithom.
Il-ġlieda se tkun magħmula minn tmien rawnds u se tkun qed tintwera b’mod virtwali. Illum il-ġurnata Tyson għandu 54 sena u l-aħħar darba li ġġieled kien proprju 15-il sena ilu kontra Kevin McBride.